Int waħdek
qalb il-kotba nistad
tħares
u ngħum fil-ħsieb.
Jien waħdi
ruħ il-ħolm nittajjar
inħares
u ninżel fil-baxx.
Int u jien,
ġisem il-labra sieket
inħarsu
u nitbewsu fil-ħemda.
Bejn ferħ u dnewwa
ninsabu,
la jintela’ u lanqas jitbattal
il-vojt tal-ħafna.
Author’s Rights Reserved
Any material on the blog cannot be published all or in part except with prior consent of the author. Feel welcome to contact me if you wish to publish on this website, or to publish my work on other writing platforms.