This poem was written on the 24th of August 2014 and is inspired by the German fairy tale “Iron John” (aka Iron Hans or Der Eisenhans). It was also a surprising discovery to learn that the Gozitian sculptor Austin Camilleri has built a three-legged statue entitled ‘żieme’. The bronz statue can be viewed at Valletta City Gate as part of the VIVA – the Valletta International Visual Arts Festival.
Sibt żiemel f’ġismi
bi tliet saqajn.
Qalbieni.
Ferut.
Fdajtu u wassalni
fix-xmara tad-deheb.
Inħasel fir-riħ,
xorob id-demm.
Sħabu tlieta kienu:
Tal-għabra sewda.
Għarraf il-mewt,
ġerħa tah.
Tad-dawl bajdani.
Kebbes il-ħolm,
sħaba ħbietu.
Tar-raba’ ħamranija.
Daqlu l-għenba,
gostih ġeddidlu.
Sħabu tlieta huma.
Warajh,
Mexjin.
Hu biss iwassalhom
il-ferut.
Sibt żiemel f’ġismi
prinċep ta’ l-art.
Bi tliet saqajn,
ferut.
Author’s Rights Reserved
Any material on the blog cannot be published all or in part except with prior consent of the author. Feel welcome to contact me if you wish to publish on this website, or to publish my work on other writing platforms.